Ħalli timbru fl-istorja ta’ dan il-pajjiż

Our Team Members

Ħolqa ta' Tama

Merħba f’Ħolqa ta’ Tama. Ħalli timbru fl-istorja ta’ dan il-pajjiż.

Dan il-proġett huwa ġabra ta’ messaġġi u ħsibijiet dwar iż-żmien li għaddejin minnu.

Din l-inizjattiva hija opportunità għalik biex tħalli t-timbru tiegħek fl-istorja ta’ pajjiżna. Ħares lejn dan il-proġett bħala monument virtwali, mhux biss għalina lkoll imma l-iżjed għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.

 

Ħolqa ta’ Tama sservi ta’ spazju biex nibnu u nsaħħu lil xulxin u biex bis-saħħa tiegħek niddokumentaw il-ħsibijiet, l-emozzjonijiet, il-kuraġġ u t-tama f’dan iż-żmien tal-pandemija.

Isma’ Ftit tirringrazzja lil dawk kollha li jagħtu l-kontribut tagħhom lejn din l-inizjattiva.

Image-empty-state.png

Gabriel Micallef

Kunsillier - Kunsill Lokali Mellieħa

Daż-żmien ta’ pandemija tana lezzjoni.

Dan iż-żmien għallimna li m’għandna nieħdu xejn ‘for granted’, napprezzaw aktar il-valur tal-ħajja u nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex inħallu impatt pożittiv fis-soċjetajiet tagħna...

Image-empty-state.png

Rodianne Haber

Għalliema u Viċi Sindku Kunsill Lokali Siġġiewi

Raġġ ta' tama f'dawn iż-żminijiet.

Agħmlu kuraġġ lil xulxin u tbissmu dejjem. Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi...

Image-empty-state.png

Dr Angelica Attard

Psikologa

X’inhi l-istorja ta’ ħajtek li tixtieq tikteb u tgħix?

Meta ma jkollniex għażla oħra ħlief li naffaċċjaw id-diffikultajiet tal-ħajja, nistgħu nibdew nagħrfu l-kwalitajiet pożittivi ta’ kuraġġ, determinazzjoni, solidarjetà u t-tajjeb li għandna...

Image-empty-state.png

Ramona Attard

Avukat

Esperjenza ġdida li tagħtina saħħa ġdida

Din l-esperjeza qed inħossha li tatni saħħa ġdida, u rrid inkun pożittiva u nemmen li d-dinja ser toħroġ aħjar minna...

Image-empty-state.png

Clayton Bartolo

Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u Ekonomija Diġitali

Kull deni ħudu b’ġid!

Kienu bosta li matul dawn iż-żminijiet esperimentaw kif se jagħmlu użu mit-teknoloġija biex jibqgħu f’kuntatt kontinwu mal-familji u l-ħbieb tagħhom...

Image-empty-state.png

Marija Sara Vella

Sindku tal-Gudja

Kull esperjenza ġġor tagħlima

Kull esperjenza ġġor tagħlima. J’alla ż-żmien ta’ din il-pandemija mhux biss ifakkarna minn x’hiex għaddejna iżda jiżra’ fina raġġ ġdid ta’ tama...

Image-empty-state.png

Elizabeth Ebejer

Chief Executive Officer - Teatru Manoel

Sbejjaħ Awguri!

Int ġà rajt beżgħat f'għajnejn in-nies fil-passat...ta' mard...ġlied u gwerer...tħaddanni u twennisni ...

Image-empty-state.png

Simone De Battista

Attriċi / Preżentatriċi

In-Natura Ħadet Nifs

Xorta nibqa ngħid li d-dinja kellha bżonn tieqaf għal ftit, għaliex il-ħajja mgħaġġla li konna għaddejjin fiha ma ħallietniex napprezzaw dak li Alla ħalaq għalina...

Image-empty-state.png

Karl Wright

Psikoterapista tal-Familja

COVID19, Corona Virus, Pandemija

Kliem u esperjenzi tal-bieraħ? Tal-lum ukoll? Imma mhux ta’ għada, le?

Image-empty-state.png

Karen Azzopardi

Ħajjata

Noħorgu t-tajjeb mill-ħazin

F'dan iż-żmien diffiċli ma ħassejtx li għandi nuża t-talent tiegħi biex naqla l-flus, imma biex ngħin.

Image-empty-state.png

Julia Farrugia Portelli

Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Kif inħares lejn dawn l-aħħar tliet xhur?

Minn din il-fażi tgħallimt li aħna poplu reżiljenti. Poplu li stinka u ġibed ħabel wieħed...

Image-empty-state.png

Silvio Parnis

Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità

Kuraġġ!

Għad jerġa' jasal dak iż-żmien li nkunu nistgħu nerġgħu ngħannqu lil xulxin...

 
IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon