DWARNA

Isma’ Ftit jibbaża l-ħsibijiet, kwotazzjonijiet u artikli fuq temi pożittivi u ta’ ispirazzjoni b’mod bilanċjat u ’l bogħod minn kull assoċjazzjoni politika jew reliġjuża. Aħna nemmnu li jekk kumment, frażi, storja, inizjattiva jew proġett partikulari hu pożittiv u ta’ ġid, mela m’hemm

xejn xi jżommu miżmum milli joħroġ fuq dan is-sit

CLAYTON SALIBA

Fundatur

"Qatt ma kont nimmaġina li dan is-sit elettroniku kien se jieħu parti sostanzjali mill-ġranet tiegħi. Jieħu, però jagħtini ħafna. Kif nista’ ngħid? Xogħol ta’ mħabba. Abbinajt ix-xogħol personali tiegħi fil-grafika ma’ dan il-kunċett biex b'hekk ta' kuljum nwasslu messaġġi ta' pożittività lis-segwaċi

Nemmen li kulħadd għandu missjoni f’ħajtu u ħajjitna tista’ tkun iktar faċli

jekk nuru iktar umiltà lejn xulxin."

SEPHORA FRANCALANZA

Qari tal-Provi

Ismi jfisser ‘għasfur’ u kunjomi ‘freelance’... hu isem pjuttost addattat għalija naħseb – persuna indipendenti u mingħajr irbit. Nemmen li għandek taffaċċja l-ħajja bi tbissima u tkun l-aqwa verżjoni tiegħek innifsek li tista’ tkun.

LARA MICHELLE CAMILLERI

Kollaboratriċi

Qtajt qalbi li xi darba għad nifhem lili nnifsi: iggradwajt bħala avukat, kont naħdem fil-ġurnaliżmu iżda dejjem kelli x-xewqa li nsir għalliema, minkejja li bħalissa qed naħdem fl-assigurazzjoni.  Nemmen li l-umiltà hi l-isbaħ virtù u r-rispett hu l-akbar ħabib. Fil-fehma tiegħi, il-ħajja hi vjaġġ mimli tlajja’ u nżul, iżda l-mod ta’ kif tħares lejn il-ħajja jiddetermina l-kuntentizza mnissla fik.

CLIFFORD GALEA

VELLA MASLENNIKOV

Kollaboratur

Għalkemm li tkun onest dejjem mhux faċli, inħoss li hi l-isbaħ ħaġa. L-hena tiegħi hi li nnissel tbissima fuq fomm dak li jkun u li nħobb. Illum naf inkun fil-paċi miegħi nnifsi, anke jekk d-dinja ddur kontrija.  

CHRISTIE CACHIA

Kollaboratriċi

Li għad għandi biss ħamsa u għoxrin sena nħoss li għaddejt minn ħafna diġa u llum il-ġurnata sirt nħares lejn l-ħajja b’mod aktar posittiv. ​

Nħoss li huwa kruċjali li nisoċjalizza u nsir naf nies ġodda, permezz ta’ hekk, nitgħallem aktar u nħares lejn il-ħajja minn lentijiet differenti. Nispiċċa bil kwotazzjoni tiegħi stess li hi għal qalbi "Ħobb il-ħajja tiegħek, teżistix biss, iżda għix".

RYAN CARUANA

Kollaboratur

Iggradwajt mill-kors tal-Baċellerat bl-Unuri fil-Malti. Ksibt iċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti u l-PGCE. Nemmen lid-determinazzjoni u l-kuraġġ huma l-vitamini li kull individwu għandu jieħu ta’ kull filgħodu biex ireġi sal-aħħar tal-ġurnata!

Audrienne

Kollaboratriċi

Kieku kelli niddiskrivi lili nnifsi ngħid li għandi personalità kkulurità. Persuna soċjevoli li malajr nibni ħbiberiji ġodda u dejjem nixtieq li jkolli xi ħaġa li jien ħerqana għaliha. 

Nemmen li ħadd m’għandu dritt jiddetta ħajjet ħaddieħor. Fl-opinjoni tiegħi, l-empatija hija valur essenzjali.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon