Wayne Sammut

Preżentatur

It-tifsira vera tal-ħajja

L-ewwel forma ta' uman kif nafuh aħna evolva ġewwa l-kontinent Afrikan madwar 2.5 miljun sena ilu. Id-dinja ffurmat 4.5 miljun sena ilu. Ta' bilħaqq, kemm ilna ftit fuq din id-dinja. U kemm diġa rajna affarijiet. Min jaf x'raw l-antenati tagħna. Dawk tal-bidu nett u dawk iżjed riċenti.

Aħna kellna nkunu parti mill-umanita li tkun xhud għall-imxija tal-Covid-19. Smajna dwar ħafna mumenti ta' dieqa. Pero x'dieqa? M'għandix kliem għal dawk li tilfu lil dawk għeżież tagħhom, lil dawk li nfirdu minn dawk li nħobbu. Jew dawk li tilfu xogħolhom. L-impatt ekonomiku. Pero lil hinn minn dak li hu materjali - lil dawk li kellhom iċ-ċans jaqraw dal-messaġġ u ma kinux parti mill-eluf li mietu madwar id-dinja, x'dieqa hemm?

Li stajna noqgħodu d-dar napprezza lil dawk tant qribna? Li naħfru mill-ġdid? Li nitkellmu? Li niskopru passatemp ġdid? Li naqraw dak il-ktieb li qatt ma qrajna? Li ngħidu xi ħaġa fuq l-istonku li qatt m'għidna? Li nsajru xi ħaġa flimkien? Nistqarr li f'dan kollhu ma narax dieqa. Id-dieqa naraha f'dawk li ma tgħallmu xejn u wara li jgħaddi dan kollhu ser ikunu minn tal-ewwel li jirritornaw għal materjaliżmu u normalita li ma kienet normalita xejn għajr illużjoni kiefra ta' dak li konna mingħalina li hu importanti.

Inħarsu lejn tifsira ġdida fil-ħajja; tifsira vera. Dak li verament jgħodd.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon