Tina Christie

Radio DJ

Għad naslu

Min jaf kemm il-darba għidt, il-ħajja mgħaġġla wisq...!

F'daqqa waħda din il-pandemija; apparti li qalbitilna ħajjitna ta' taħt fuq, għallmitna x'jiġifieri ħajja inqas mgħaġġla. Bdejna napprezzaw iktar il-kwiet u l-affarijiet sempliċi. Issa li għaddew ftit tax-xhur, ħafna minnha qegħdin jerggħu jimmisjaw il-ħajja li konna mdorrijin biha- li minjaf jekk għadx terġa' tiġi lura. B'hekk aħtaf iċ-ċans u apprezza il-mument qabel ma xi darba jerġa' jinbidel kollox.

Se naslu f'punt li rridu nitgħallmu ngħixu stil ta' ħajja differenti minn dak li aħna konna mdorrijin bih...

Ħafna minnha kellhom jippruvaw jidraw rutini ġodda u kien hemm min tilef ix-xogħol. Dażgur li mhux faċli! min jaf x'mumenti ta' qtiegħ il-qalb! Pero' xi darba l-affarijiet għad jinbiddlu għal-aħjar, u nerġgħu nqumu fuq saqajna. B'xi mod naslu; forsi wara xhur jew iktar; imma se naslu. U dan huwa l-messaġġ li rridu nfakkru dejjem lilna nfusna. Xi darba se naslu.

Fittxu s-sapport; għax kull kelma u kull għajnuna tagħmel id-differenza. Żomm dan il-ħsieb - xi darba se nerġgħu nkunu aħjar; u se naslu. xx

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon