Stephen Azzopardi

Naħdem fil-Librerija tal-Università ta' Malta / Ġurnalist Sportiv

Zmien diffiċli imma kuraġġ u nibqgħu maqgħudin

Minn kellu jgħidilna li kellna nkunu f'din is-sitwazzjoni! Żmien li qatt ma konna nobsru li konna se nkunu fih. Ħafna drabi konna naħsbu li dak li jiġri barra minn xtutna, mhux bilfors jiġri hawn Malta.

Dwejjaq li tara ħafna postijiet magħluqin, li ma tarax nies barra, li ma tiltaqa' ma' ħadd, li bħali ma nieħdux sehem f'xi ġirja jew bħala ġurnalist sportiv ma nirrapurtax u ma jkollix x'naġġorna lid-dilettanti sportivi!

L-Università fejn naħdem hija baħħ totali u qatt ma kienet kif inhi bħalissa, lanqas fis-sajf, meta s-sena akademika tkun intemmet.

Madanakollu dan iż-żmien jgħaddi. Meta ma nafux imma huwa ferm importanti li aħna nikkoperaw mal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Jekk nagħmlu hekk ma jdumx ma jiġi kollox għan-normal.

KURAĠĠ u NIBQGĦU MAQGĦUDIN!!!

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon