Stephanie Cristaldi

Office Clerk

Ikollok ħniena

Nitolbok tweġġanix, aħseb ftit,
Li kieku tpoġġi lilek innifsek fil-pożizzjoni tiegħi,
Forsi qed nitlob ħafna,
Iżda tista' tkun iktar ħanin miegħi?

Ta' kuljum nistaqsi bejni u bejn ruħi,
X'għamilt daqshekk ta' ħtija,
X'għamilt ħażin,
Biex ħaqqni din il-moħqrija?

Minkejja din il-biża',
Li minnha kuljum tgħadduni,
Nitlobkom bl-ikbar ħniena,
Tistgħu mal-familja tiegħi tħalluni?....

....Ma! X'qed jagħmlulek?
Għalfejn qed isawwtuk?
Ma, għalfejn qed tibki?
Il-għala l-bogħod minni ser jieħduk?....


Ir-raġuni għala ktibt din il-poeżija qasira hija biex inwassal messaġġ rigward minn xiex ikollhom jgħaddu l-annimali. Kuljum numri kbar t'annimali jiġu maħqura, maqtula jew isseparati mill-omm tagħhom ta' bilfors.

Għalija minn dejjem kienet xi haġa mportanti li niprova nagħti vuċi lil dawn il-kreaturi nnoċenti. Id-dinja li ngħixu fiha għandha bżonn iktar imħabba u kompassjoni....

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon