Sheldon Micallef

Ħaddiem tal-Gvern fil-qasam tas-Saħħa

Oħrog il-Pożittiv minn Negattiv

Innutajt li ħareg ħafna pożittiv minn dak negattiv li l-marda tal-'Covid-19' ġabet magħha u hawnhekk qed inniżżel xi punti minn dak li stajt ninnota:

- Familja tipika li tqatta aktar ħin flimkien sforz id-diversi restrizzjonijiet u miżuri li ġew mħabbra u b'hekk morna pjuttost għar-rutini l-antiki ta' anqas ħrug u aktar ħin mal-familja.

- Diversi ħaddiema jaħdmu bit-'teleworking' fejn rajna nuqqas kbir fit-traffiku u b'hekk kellna aktar arja nadifa.

- Ambjent aktar nadif fejn ironikament rajna xi ritratti ta' annimali li ħargu fit-toroq u b'hekk kienu sostituti denji tagħna l-umani!

- Aktar għaqda u rispett bejn persuni minn madwar id-dinja kollha, b'mod speċjali f'pajjiżna.

- Rispett akbar lejn il-ħaddiema kollha mill-akbar sal-iżgħar fost is-soċjetà b'mod speċjali dawk li kienu fuq quddiem nett mill-bidu sal-aħħar.

- In-nuqqas ta' futbol, politika' u affarijiet li xi kultant iġibu xi ftit tal-polemika bejn persuna u oħra għen biex dak li jkun jaħseb aktar f'xulxin irrispettivament ma' liema naħa jiġbed.

- Toroq allegruzi u għaqda fost diversi ġirien u b'hekk il-kultura tipika Maltija tal-imgħoddi reggħet irritornat fostna!

J'Alla dawn il-punti li niżżilt u oħrajn li inti bħala qarrej laqtuk u li mhux qegħdin f'din il-lista, nibqgħu nżommuhom fir-rutina tagħna fil-ġranet u ż-żmien li ġej.

Kuraġġ

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon