Sephora Cutajar

Ġurnalista

L-anzjetà tad-dinja...

Fl-aħħar l-anzjetà tad-dinja qegħda fl-istess livell tal-anzjetà tiegħi.

Mhux qed ngħid dan b'suppervja, b'negattività jew eġojiżmu. Imma bħal donnu rridu nkunu fl-istorbju u l-konfuzjoni biex verament napprezzaw is-silenzju.

Silenzju li ħafna nies jesperjenzawh ta' kuljum f'ħajjithom.
Silenzju li jkisser il-moħħ u l-qalb.

Anzjużi fuq dak li ma nafux u ma nistgħu nagħmlu xejn dwaru sa ċertu punt, imma xorta nkunu anzjużi dwaru.

Għax l-anzjetà mhix xi swiċċ, titfih u tixegħlu meta trid (kieku tajjeb!).

Ma nistgħux nippretendu li rridu ngħaġġlu kollox.
In-natura ma tgħaġġilx; imma xorta waħda twettaq li għandha twettaq.

Imma fl-aħħar qed nieħdu nifs fil-fond fis-sempliċità (bħad-diska, iva).
Fl-aħħar qed nindunaw li d-daqq tat-trombi tal-ħajja, ma jdoqqx għal widna ta' kulħadd u mhux neċessarjament huwa l-għira tad-dinja.
Fl-aħħar qed nitkarrbu għan-natura lura fil-pala ta’ jdejna.
Fl-aħħar kulħadd irid imur jara x-xemx nieżla l-bajja ta’ Għajn Tuffieħa.
Fl-aħħar nixtiequ l-paċi f'ħajjitna u f'qalbna.
Fl-aħħar indunajna l-prijoritajiet.
Fl-aħħar indunajna li mhux importanti kemm għandek likes fuq is-selfie.
Forsi fl-aħħar sibna l-kuntenizza vera li tant naqraw dwarha f’kull quote fuq Instagram?

Fl-aħħar indunajna wkoll li mis-sema l'isfel kollha xorta.
Irrelevanti mill-età, l-ġeneru, il-kariga, kemm taqla' paga fix-xahar, ir-razza, ir-reliġjon u l-orjentazzjoni sesswali tagħna.

Dan il-virus ma jiddiskriminax.
Anzi għaqqadna.
Saret l-konversazzjoni tipika ta' kuljum filwaqt li nistennew in-numru tal-ġurnata.

Ħaġa waħda naf żgur.

Id-dinja u n-natura straħu.
L-umanità tgerfxet.

U jiena naħseb li fair enough.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon