
Ruth Frendo
Preżentatriċi / Kittieba
Il-Qawsalla
Jekk qed tħossok vulnerabbli u mbeżża’, m’intix waħdek. Dan għax kollha kemm aħna qed inħossuna hekk… Iżda m’għandi l-ebda dubju li jekk naħdmu flimkien bħala soċjetà, din il-pandemija negħlbuha. Importanti li nieħdu ħsieb tagħna nfusna u ta’ xulxin. Importanti wkoll li nisimgħu dak li l-awtoritajiet qed jgħidulna – fosthom li naħslu idejna u nibżgħu għal dawk li huma vulnerabbli. Fl-aħħar imma mhux l-inqas, tinsiex li wara l-maltempata dejjem titfaċċa l-qawsalla!