
Roberto Francalanza
Executive Group Head - Corporate & HR
COVID-19 : Riċetta misjuba
X’ironija hux? din il-famuża pandemija irnexxielha issib ir-riċetta dinjija li biex ningħaqdu ‘lkoll flimkien, irridu noqgħodu ’l bogħod minn xulxin!
Min jaf kemm sal-passat riċenti rajna xi film li sa ftit żmien ilu konna ngħidu li din hi biss fantaxjenza jew invenzjoni. Imma l-fatti urew mod ieħor. Għal uħud, forsi ħasbu li ‘aħna’ se nkunu esklużi. Imma ġara bil-kontra. Affetwat lilna bħal kumplament tad-dinja b’diversi modi differenti f’ħajjitna.
Firditna minn ma’ membri oħra tal-familja, mill-ħbieb l-aktar viċini tagħna, u mill-kollegi tax-xogħol. Biddlitilna ir-rutina tal-ġurnata, b’ħafna iktar ikel mis-soltu, għal uħud inqas xogħol, għal uħud hemm min ukoll sfortunatament spiċċa imdejjaq minħabba li sab ruħu waħdu, imma kien hemm ukoll dawk li skoprew diversi affarijiet f’ħajjithom li maż-żmien kien tilfuhom, forsi minħabba l-fatt li konna qed ngħixu f’dinja magħġġla ħafna.
Ejja nieħdu l-okkażżjoni biex nisfruttaw aktar dan kollu : ċans għal aktar qari ta’ kotba, nkunu aktar kreattivi, u nikkonċentraw aktar fuq dak li huwa importanti. Wara kollox, la darba tgħaddi l-pandemija mhux kollox se jerġa’ lura għan-normal, anke jekk irridu.
Imma flimkien – għal kemm għalissa bogħod minn xulxin, nistgħu ngħixu f’dinja differenti u aħjar.