Ramona Attard

Avukat

Esperjenza ġdida li tagħtina saħħa ġdida

Niftakar l-ewwel darba li smajt bil-COVID-19. Kont qegħda f'lift tal-isptar Mater Dei, kont dieħla għal check up għax kont pregnant tmien xhur b'tewmin. Smajt lil mara tgħid lill-oħra 'Naħseb xi invenzjoni din biex noqgħodu nonfqu l-flus f'vaċċin'. Ma kienet invenzjoni xejn!

Kulħadd jgħidlek meta jkollok tarbija ġdida tiddejaqx issaqsi għall-għajnuna, u jien bi tnejn ġodda u għandi tifla oħra ta' tlett snin, ċertament kelli n-nanniet kollha lesti biex jgħinu. Iżda d-destin ma riedx hekk. Il-partner tiegħi wara ftit kellu joħroġ ukoll għax-xogħol u minħabba l-COVID-19 spiċċajt qed inqatta' ħafna ħin tal-ġurnata waħdi ma' tlett itfal żgħar ħafna. Dan filwaqt li qbadt naħdem mill-ewwel. Nammetti li xi kultant inħossni għajjiena ħafna imma meta rajt l-ewwel daħka tat-tewmin, insejt kollox u dik id-daħka tagħtini l-enerġija biex inkompli għaddejja.

Nimmisja ħafna lill-ġenituri tagħna, aħwa u ħbieb tal-qalb, kif ukoll il-kollegi li inqishom ukoll it-tieni familja tiegħi. Iżda llum bit-teknoloġija faċli tibqa' żżomm il-kuntatt.

Din l-esperjeza qed inħossha li tatni saħħa ġdida, u rrid inkun pożittiva u nemmen li d-dinja ser toħroġ aħjar minna. L-ewwel nett tgħallimna kemm verament aħna dinja waħda, rridu niġbdu ħabel wieħed irrespetivament mir-razza u mit-twemmin tagħna. Tgħallimna wkoll nifhmu kemm xi kultant kulħadd jista' jagħmel affarijiet li mhumiex raġonevoli meta jkun iddisprat. Tajjeb ma niġġudikawx għax illum int u għada jien.

Fuq kollox tgħallimna kemm għandna ngħożżu l-ambjent ta' madwarna. Kemm hu sabiħ tgawdi u tieħu ħsieb in-natura għax dik tagħtina saħħa ġdida

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon