Image-empty-state.png

Nikita Zammit Alamango

Attivista

30/04/20

Tazza nofsha mimlija...

Dejjem kont persuna li nara t-tazza nofsha mimlija, mhux nofsha vojta.

Nemmen li din il-prospettiva tgħin biex tagħmel il-ħajja aktar serena. Bħalissa żgur li huwa żmien diffiċli, forsi l-aktar diffiċli li qatt esperjenzajna l-ġenerazzjoni tiegħi.

Qatt ma bsarna li jista’ jiġri xi ħaġa li żżommna milli mmorru nieklu flimkien; milli nsiefru; jew milli naraw ’l għeżież tagħna. Iżda qatt ma bsarna wkoll li se naraw ambjent daqshekk nadif; li se jkun hawn daqshekk nies jaħdmu mid-dar u li l-meetings jsiru b’mod virtwali; jew li se jkollna ċ-ċans nordnaw xi ikla minn restorant bi stilla tal-Michelin dirett għal wara biebna! Jew xi video chat man-nanniet bil-WhatsApp!

Ingħaqdu l-kommunitajiet, għinna lil xulxin u fl-aħħar sirna napprezzaw il-vera eroj ta’ dan il-pajjiż: il-professjonisti tas-saħħa. Ejja nkunu pożittivi, u flimkien nqumu u nagħmlu kuraġġ għal ġejjieni isbaħ u aħjar