Mya Scicluna

Preżentatrici u Personal Trainer

Esperjenza li tgħallimna

Ħadd qatt ma basar li ser nibdew sena ġdida hekk, u d-dinja ser tgħaddi minn dak li għaddejjin bħalissa. Ir-rutina tagħna totalment waqfet jew inbidlet. Peró jekk nirriflettu, l-għaġla u stress biex nlaħħqu ma' kollox, ġenn fit-traffiku, naqqsu drastikament. Kulħadd kellu pjanijiet għal ġranet li qed ngħixu fihom.

Jien ħajti kienet mgħaġġla ħafna, sa minn kmieni filgħodu sa tard bil-lejl u bilkemm kelli ċans noqgħod id-dar. Kif bdiet din l pandemija, l-ħajja tagħna nbidlet. Issa l-oppost. Il-ħin kollu d -dar bħal bosta minnha.
Peró jekk nħarsu sew naraw anki l-pożittiv.

Bdejt ukoll naħdem mid-dar, u dan hu possibli. Aktar ħin m'uliedi, u l-familja, u sirt iktar napprezza kull mument tal-ġurnata, ħini u kif nutilizzah. Veru li hemm il-firda u nimmisja bil-kbir lil ġenituri. Peró naf li d-dar qegħdin safe u għad jgħaddi kollox u nerġaw ngawdu lil xulxin.

Bi ftit kontribut minn kull wieħed u waħda minnha biex inżommu d-distanza għad nissuperaw dan iż-żmien partikolari li peró jgħallimna. Għad noħorgu lkoll flimkien u nsemmu dan iż-żmien lil xulxin, lil uliedna li għadhom zgħar u li bħalissa jistgħu igawduna aktar.

Kuraġġ għaliex m'intix waħdek. Flimkien nerġaw ngawdu ħajjitna. Ħu ħsiebek, u saħħtek, tinsiex l-eżerċizzju fiżiku ma' dieta bnina u għamel dak li qabel ma kontx ssib ħin għalih. :)

Grazzi lil kull min qed jgħati l-kontribut tiegħu, speċjalment it-tobba, nurses u ħafna persuni oħra li qegħdin xorta joħorgu jaħdmu, ma jarawx lil familja tagħhom biex jibqgħu jaħdmu għal min għandu bżonn.
Grazzi mill-qalb. X

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon