Monique Sammut

Kollaboratriċi ta' Isma' Ftit

Opportunità jew Diżgrazzja?

Fi żminijiet bħal dawn, faċli nintilfu f’katina ta’ negattivita`. Faċli nikkonċentraw biss fuq affarijiet materjali u artifiċjali.

Dan iż-żmien jippreżentalna għażla – jew se nibqgħu għaddejin kif konna, bit-tgergir, tmaqdir moħħna biss fil-flus, fi kliem sempliċi, ħanqa ta’ materjaliżmu li ‘jferrħek’ biss fil-mument jew inkella se nħarsu lejn dan iż-żmien bħala opportunita` ta’ investiment fina nfusna. Ejja ningħalqu ftit u nifhmu verament x’jagħti valur lill-ħajja tagħna. Kellna bżonn il-pandemija biex napprezzaw l-affarijiet iż-żgħar li konna nagħmlu ta’ kuljum? Kellna bżonn il-pandemija biex nifhmu s-sabiħ li nqattgħu iżjed ħin mal-familja? Kellna bżonn il-pandemija biex naħsbu iżjed f’dawk ta’ madwarna?

Ħu dan iċ-ċans u uża dan iż-żmien biex tibda’ kapitlu ġdid. Żmien ta’ riflessjoni, żmien ta’ bidla u żmien b’opportunita` tad-deheb. Bidla li tħalli biss frott.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon