
Maya Dimech Debono
Studenta
Napprezza iktar il-ħajja
Il-ħajja hi sabiħa meta tagħraf is sabiħ vera tagħha. Issa nista' napprezza aktar is-sabiħ li toffri l-ħajja, għax
kelli niċċaħħad minnha għal tul ta' żmien, li ghalija kienu ħafna jiem mingħajr Skola, Mużew, Drama, Banda, nilgħab mal-ħbieb u ma narax in-nanniet.
Dan il-perjodu diffiċli f’ħajti żgur li mhux se ninsieħ qisu qatt ma kien xejn. Jien se nagħmel ċert li napprezza aktar lil dawk il-professjonisti li baqaw jagħtu l-għajnuna taghhom lil komunità. Napprezza aktar l-ambjent u dak kollu li għandi bżonn biex ngħix din il-ħajja tant sabiħa li qabel, ftit kont napprezza.