Image-empty-state.png

Marvic Sammut

Infermiera

20/04/20

2020...

Smajna x'kien ġara fiċ-Ċina u tħassarnihom. Ma bsarniex li anke aħna l-Maltin konna se nkunu vittmi ta' mikrobu li d-dinja qatt ma rat bħalu. Iċċassajna, rajna l-iskejjel u n-negozji jingħalqu. Tbattlu t-toroq u l-knejjes. Indunajna li lkoll sirna l-istess. Ma baqax Nazzjonalisti u Laburisti. Inkwetajna għal xulxin. Tellajna bandiera waħda. Tlabna li jerġa' jasal il-mument li ningħaqdu madwar il-mejda tad-dar. Ejjew nitgħallmu, ninżgħu s-suppervja, nittamaw u nħobbu.