Mario Cassar

Attur

Irnexxielna!

Irnexxielna!
Minn kollox għamilna u pruvajna,
U issa qed naħsdu l-frott ta’ dak li żrajna.
Forsi destin, b’intenzjoni jew aċċident,
il-bniedem tilef u falla!
U issa??
Kuntent?!

Ommna Malta ngħalqet f’qoxortha,
Wara li ġabret ‘l uliedha minn tant artijiet,
Għalqet il-port u l-ajru,
Rabtet idejha u fil-baħar staħbiet.
Uliedha nġabbru u ssakkru fi djarhom,
Ħosbiena, inkwetati, x’uħud imwerwrin,
Viċin ta’ qrabathom …iżda ‘l bogħod minn xulxin.
Ftit, ftit sabu s-sabar, il-kalma u l-ġabra,
Sakemm dil-pjaneta tfieq minn di’ d-dabra.

Ma fadal xejn x’nagħmlu ħlief li nistennew,
Il-jum li noħorġu u nkomplu…
…jew nerġgħu nibdew!

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon