Maria Cini

Vjolinista

Ħobb u Apprezza

Qatt ma stennejt li s-sena 2020 ħa nqattawha b'dan il-mod. Filli kienet sena li kulħadd kien qiegħed jistenna bil-ħerqa u filli qas nistgħu niltaqgħu man-nies tant qrib tagħna. Dan iż-żmien ġiegħelni nirrealizza kemm ma kontx qiegħda napprezza dak kollu li għandi: Il-familja, ħbieb, it-talent li ndoqq il-vjolin. Irrealizzajt ukoll kemm ma kontx qiegħda nħobb lili innifsi, m'apprezzajtx is-sbuħija tiegħi innifsi. Dan iż-żmien ukoll intbaħt kemm ma kontx qiegħda nuri l-imħabba tiegħi lil familti. F'dawn il-ġimgħat il-familja tiegħi saret iktar magħquda bis-saħħa ta' dan kollu li qiegħed jiġri. Ħobbu u apprezzaw dak kollu li għandkom illum għaliex illum hawn, u għada ma nafux

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon