Lara Michelle Camilleri

Kollaboratriċi ta' Isma' Ftit / Kittieba

Inqalbu l-prijoritajiet

Filli ninkwetaw fuq kif il-jiem qed igerbu mgħaġġlin,
U filli ninkwetaw fuq kif se nimlew il-ħin.

Filli nippjanaw fejn se nduru d-dinja daqt,
U filli nippjanaw x’se nivvintaw għal dal-ħin bla waqt.

Filli naħslu jdejna bl-inqas ħsieb jew tnejn,
U filli naħslu jdejna għalxejn b’xejn.

Filli ma’ bonġu konna mill-viċin lill-ġara nkellmu,
U filli ma’ bonġu llum mill-bogħod irridu nsellmu.

Filli tgħanniqa kienet tingħata spirtu pront,
U filli tal-kuntatti diretti rridu nagħtu rendikont.

Filli mħassba fuq suritna u dehritna,
U filli mħassba fuq saħħitna u ħajjitna.

Il-prijoritajiet inqalbu f’temp ta’ ftit jiem,
Iżda t-tbissima tagħna qatt m’għandu jkollha tmiem.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon