Krystle Abela

Omm u Clerk

Imħabba Infinita

L-ebda tarbija ma tiġi bl-istruzzjonijiet,
imma tiġi
u magħha ġġib ferħ
kif ukoll inkwiet.

Kulħadd irid jara
lil min tixbah din it-tarbija,
tixbah lil min trid
ngħid jien għalija
l-importanti li twieldet
u ġiet sħiħa
b’saħħita w qawwija.

L-istennija għaddiet
U l-bikja tagħha fis-sala dwiet
U l-qalbi
b’ferħ u mħabba imliet

Issa l-iljieli
Qed nagħmilhom imqajmin
Passiġġati f’ħinijiet strambi
Li qabel qas biss kienu jgħaddu minn rasi

Tinsa lilek innifsek
l-ewwel tiġi, dejjem hi
tipprova tagħmel l’aħjar
imma issib balla indħil.

L’omm tagħmel
L’aħjar li tista’
M’għandix bżonn l-istruzzjonijiet
Għax hija naturali
Li jkollha tagħha l-istint
Kemm jekk kellha tfal qabel
Anke jekk hu biss l-ewwel wild.

Qatt ma kont naf
X’inhi imħabba infinita
Qabel il-Mulej bagħat
Dan ir-rigal għalija.

Fit-tajjeb u l-ħażin
Se nieħu ħsiebek kull ħin
U bla istruzzjonijiet
Naf x’inhu tajjeb għalik

Int l-ikbar rigal
Li jien ingħatajt
Inħobbok immens
Ċkejken ibni, Azai

14/05/2020
©Kull dritt ta’ kitba riservat

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon