Kirsten Saliba

Studenta

Żminijiet ta' kreattività

F'dawn iż-żminijiet, jekk ninkludu l-kreattività fl-affarijiet li nagħmlu ta' kuljum, din l-esperjenza ssir aktar ikkulurita. Xi drabi l-ħsibijiet kreattivi tagħna jkunu ostakolati mill-idea li aktar kemm għandna biex naħdmu, aktar aħjar. Sikwit ma nqisux il-possibbiltà li nsibu xi ħaġa interessanti f'dawk l-affarijiet l-iżjed tedjanti. Nillimitaw lilna nfusna billi naħsbu li xi mkien ieħor huwa aħjar, akbar, isbaħ jew iżjed vivaċi. Il-ħsibijiet kreattivi m'għandhomx ikunu limitati biss għal xogħlijiet ta' mużika, arti, drama u l-bqija. Nistgħu nkunu kreattivi fil-mod kif nużaw l-iskrivanija tagħna, kif naħmu l-kejk favorit tagħna jew kif nirrenovaw il-kamra. Id-dinja materjali madwarna hija definita mill-aġenzija li aħna nimponu fuqha u mir-relazzjoni interattiva li għandna ma' dawn l-oġġetti. L-użu li nagħtu lill-oġġetti ta' madwarna jista' jinbidel f'affordanzi ġodda. Billi nagħmlu hekk, inkunu qegħdin nesploraw il-potenzjal kreattiv estensiv fina u f'dak ta' madwarna. Dan, imbagħad, jgħin billi jagħti tifsira liż-żminijiet tedjanti li għaddejjin minnhom u jgħinna napprezzaw anke l-monotonija.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon