Image-empty-state.png

Karen Azzopardi

Ħajjata

30/05/20

Noħorgu t-tajjeb mill-ħazin

Bħala ċittadin li qed ngħix dan iż-żmien tal-virus, nammetti li kelli ħafna mumenti fejn bżajt speċjalment għal ġenituri li huma vulnerabbli. Imma ħassejt mill-bidu nett li noħroġ it-tajjeb mill-ħazin li għaddejjin minnu.
Allura użajt it-talent tiegħi biex ngħallem u nuri kif issir maskla u visor. Dan għamiltu billi tellajt 3 videos fejn juru pass pass kif wieħed għandu jagħmilhom.

F'dan iż-żmien diffiċli ma ħassejtx li għandi nuża t-talent tiegħi biex naqla l-flus, imma biex ngħin.
Ikolli nammetti li kienu eluf li apprezzaw u kellmuni, irringrazzjawni u għamluha huma stess ghalihom u għal familja taħhom.

Inħossni tassew sodisfatta, ferħana u għalkemm imbeżża bħal kulħadd minn dan il-virus, inħoss li tajt kontribut u għint lil bosta nies. Nemmen li meta nkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli, nipprovaw nfittxu lilna xi jferrahna. Jien hekk għamilt. U kburija ngħid li bla ma fittixt ċenteżmu wieħed, naf li għint ħafna nies u fil-kwiet minn dari.
Kuraġġ