Image-empty-state.png

Justin Formosa

Student / Mużiċist

05/05/20

Riflessjoni ta' bidla

Ma nistax ngħid li dan huwa l-aktar żmien feliċi li qatt għixt, iżda s-silenzju mill-ġenn tal-ħajja u r-rutina ta' kuljum għini nirrifletti fuqi nnifsi, fuq dak li huwa vera prijorità u fuq il-ħajja tipika li nixtieq ngħix fil-futur. F'ħajja fejn esperjenzajt li l-aktar nies qrib tiegħi kienu l-aktar nies li kissruni, dan iż-żmien għini nirrifletti fuq il-bidliet li għamilt f'ħajti u f'dawk li baqali nagħmel. Minn pawsa ta' ħajja kollha attività qed nitgħallem nagħti ftit priotità lili nnifsi iżda jekk ikolli nagħzel l-aktar mumenti li ser nibqa’ niftakar minn dan il-perjodu huwa l-ħin sabih li qed inqatta mal-familja! Saħħitna l-ewwel, il-ħolm kreattiv jitwettaq kif nerġgħu nibdew nirrankaw!