Image-empty-state.png

Josette Schembri

Hairdresser

17/05/20

Kuraġġ!

Lil dan il-virus qerriedi Covid-19 ser nirbħulu! Ser jasal dak iż-żmien li nagħnnqu lil xulxin! Ser nerġgħu mmorru x-xogħol u nieklu fir-restoranti. Rridu nisimgħu mill-awtoritajiet u ma noħorġux mid-dar jekk mhux għall-bżonn! Irridu naħdmu għaliha flimkien u ma nkunux egoisti.

Messaġġ importanti li nixtieq ngħaddi huwa li ma tridu tieħdu xejn forgranted fil-ħajja. Apprezza dak kollu li għandek f'ħajtek u ħobb iżjed lin-nies li għandhek madwarek u jekk tista' tirranġa xi differenzi li jista' jkollok ma' persuni għal-qalbek, fittex irranġahom għax il-ħajja qasira ħafna u ħadd qatt ma basar li konnha ħa niġu f'punt li ma nistgħux niltaqaw.

Nikkonkludi il-messaġġ tiegħi billi ngħidilkom li qiegħda nimmisjakhom għeżież qraba u ħbieb tiegħi. Nittama li dalwaqt ser nerġgħu niltaqgħu, sakemm nerġgħu niltaqaw ibqgħu d-dar, ibqgħu safe.

Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lil Profs. Charmaine Gauci talli kuljum iżżomna aġġornati b'dak kollu li qed jiġri madwarna. Lil ministru tas-saħħa Dr.Chris Fearne, tobba u nurses u kull min għadu jagħti servizz fil-pajjiż.

We can do it...... We will do it!