Jessica Sultana

PR Senior Manager servizz.gov

Nirriflettu

Filli kollox għaddej normali u filli rridu naċċettaw u nadattaw għal normalità ġdida!
Iżda x'inhu tabilħaqq in-normal tassew?

Għal dawn l-aħħar seba' ġimgħat, ħtaft l-opportunità li nirrifletti fuq kif kienet ħajjitna qabel din il-pandemija. Ħajja mgħaġġla...inqumu, nmorru x-xogħol, niġu lura, nagħmlu xi faċenda, nsajjru, nieklu u f'ħakka t'għajn isir il-ħin biex norqdu. Rutina, li nistqarr li hija importanti iżda li f'xi drabi nkunu nixtiequ nieqfu għal ftit ħin u nistrieħu.

U issa? Dak li qabel konna nieħduh 'forgranted' bħal li nmorru fejn nixtiequ mingħajr l-ebda ħsieb jew attenzjoni partikolari, li nżuru lill-ġenituri kull xħin nixtiequ u ħafna aktar, issa mgħadux jista' jsir kif ġieb u laħaq. Jekk xejn, f'dawn il-ġimgħat li kellna niċċaħdu minn dawk l-affarijiet li fil-passat riċenti ħadnieh 'forganted', nittama li issa żgur nibdew napprezzawh aktar.

Napprezzaw is-sempliċità! Il-kuntentizza tagħna mgħandhiex tiddependi minn affarijiet materjali jew il-ħruġ, issa qed nagħrfu aktar kemm il-kuntentizza trid tassew tkun minn ġewwa fina hekk kif bil-limitazzjonijiet li din l-imxija ġabet magħha, qed nagħrfu napprezzaw aktar li għandna u nkunu aħna stess li naraw x'nivvintaw biex inżommu ruħna okkupati u nferrħu lilna nfusna u lil ta' madwarna. Xi ġmiel li permezz ta' telefonata jew b'messaġġ, turi lil dak li jkun li qed taħseb fih!

Nemmen li l-Covid dsatax affetwat lil kulħadd b'modi differenti, imma nixtieq li b'kuraġġ u b'pożittività, nħarsu lejn it-tazza nofsha mimlija u nħarsu 'l quddiem għal li ġej biex fuq kollox nagħrfu li din il-pandemija wkoll ġiet għal raġuni....biex ittina tagħlima ta' x'inhu tassew importanti f'ħajjitna: l-imħabba, s-saħħa u l-kuntentizza.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon