Image-empty-state.png

Jeanelle Vella

Osservatriċi tal-Ħajja

20/04/20

Bħalissa

Bħalissa, fis-skiet infurzat pandemiku, it-tpespis tal-għasafar qed nisimgħu aħjar. Art twelidi tbattlet u n-nies ma fadliliex għażla oħra għajr li tisma’, tara u tħoss. Ix-xemx kuljum taħraqli għajnejja. Trid tfakkarni li bħalissa noħroġ ma nistax. Trid tfakkarni li t-tgħanniqa t’ommi kont insejtha u jmissni nistħi. L-ikel qed nhożżu aktar minn qatt qabel u grata ħafna aktar minn kemm kont xahar ilu. Dak li tagħmillek il-pandemija, theżżek tnejn biex ġġibek f’tiegħek. Tiftaħlek is-sensi u tbeżżbiżlek widnejk. Sejħa għall-qawmien spiritwali li spiss iwassal għal wieħed artistiku. Huma r-rakkonti tal-passat li jgħinuna nibnu l-futur. Mument bħal dan ta’ Bħalissa.