Image-empty-state.png

Isabelle Borg

Għalliema

05/05/20

Kun ir-raġuni li ġġiegħel lil xi ħadd jitbissem illum

Minn dejjem kelli għan wieħed f'ħajti, u dak kien biex kuljum nipprova nkun ir-raġuni li xi ħadd jitbissem. F'dawn iż-żminijiet bla preċedent, inħoss li dan il-motto sar iktar validu minn qatt qabel. Għalhekk inħeġġeġ lil kulħadd joffri tbissima kuljum lil xi ħadd. It-tbissima tittieħed u ħafna drabi dik it-tbissima li tkun offrejt int lil xi ħadd tinxtered għand ħaddieħor. Ejjew inxerrdu t-tbissima tagħna iktar milli nxerrdu l-virus! Inti tbissimt illum? :)