Glen Falzon

Ġurnalist

Dmugħ

It-tarbija. It-tifel. Iż-żagħżugħ. Iz-ziju. In-neputi. Il-kuġin. In-nannu. Is-sinsla tal-familja. Il-pedament taż-żonqor. Is-sur li qatt ma ntrebaħ. Ir-raġel.

Kont tarbija. Trawwimt f'tifel. Kbirt f'żagħżugħ. Immaturajt f'raġel. Nittama. Dawn l-aġġettivi iżda ma jgħoddux għalija.

F'Marzu faqqgħet l-imxija. Bdejt nitmermer. Bil-mod il-mod. La kont sinsla. La pedament u wisq inqas sur. Kont kollox. Imma mhux dawn. Bqajt hemm. Ma ċedejtx. Ridt niġġieled. Iġġilidt. Waqajt. Qomt. Waqajt u qomt. Waqajt . . . u rġajt qomt. Se nibqa' naqa' imma se nerġa' nqum . . . b'iktar saħħa.

Fit-13 ta' Mejju 2020 tlift lin-nannu. It-tieni missier tiegħi. Komplejt nitgħakkes. Imkisser. Inħossni bħal tazza tal-ħġieġ li nqasmet f'mitt biċċa. Imma bdejt ngħaqqad lili nnifsi mill-ġdid. Bil-mod. Imma bdejt. Il-kuraġġ sibtu fid-dmugħ. Fid-dgħufijiet tiegħi. Fl-irkejjen mudlama ta' ġo fija. Id-dmugħ igelgel. It-tarka tiegħi.

Ir-raġel fraġli. Ir-raġel jibki. Ir-raġel iħoss. Ibki. Erġa' ibki. U erġa' ibki. Sakemm ma jifdallekx dmugħ. Tistħix. Żvoga. Tiddejjaqx tmiss il-qiegħ. Anzi. Ħu gost. Meta tkun fil-quċċata se tħossok trid ittir bil-ferħ.

Raġel, imsaħ id-dmugħ. Ixxotta għajnejk. Qum. Ħares 'il quddiem. Fittex l-għajnuna. Ibqa' hemm. Jien.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon