George Maggi

Kittieb u Ħassieb

Nittamaw dejjem

Ħabib, matul il-ġurnata ftakar spiss li f’xi jum se nerġgħu naqbdu t-triq ta’ qabel: immorru għax-xogħol, immorru nixtru, narmaw u mmorru għall-festi, il-baħar ngħumu jew bid-dgħajsa, nimxu fil-ġonna, insiefru. Wara li tgħaddi din il-ħolma kerha minn fuqna, kull sekonda ssir prezzjuża għax issa nsiru nafu xi tlifna matul il-pandemija Covid-19. Nerġgħu nibdew niċċaċċraw u nifirħu b’xulxin. Kuraġġ ħbieb...iva kollox jgħaddi u jasal dan ukoll. Kuraġġ u żgur li se noħorġu minnha. Il-kuraġġ nofs il-fejqan u jgħinek tasal għal ħajtek normali għax itajjarlek it-toqol ta’ dak li jdejqek. Mela paċenzja, kuraġġ, saħħa u sliem.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon