
Gabriel Micallef
Kunsillier - Kunsill Lokali Mellieħa
Daż-żmien ta’ pandemija tana lezzjoni.
Hekk kif pajjiżna għaddej minn pandemija dinijia, fejn qatt konna nobsru li ħajjitna u r-rutina tas-soltu se tinbidel mill-lejl għan-nhar. Pajjiżna huwa mżewwaq b’ħafna karatterisitiċi soċjali li jagħmilna pajjiż uniku.
Daż-żmien ta’ pandemija tana lezzjoni. Lezzjoni biex napprezzaw aktar dawk tant għezizez għalina. Il-firda biex nissalvgwardjaw s-saħħa tagħna u tal-familji tagħna mhux faċli. Iżda kapaċi ngħarfu li dan kollu qed issir fl-aqwa interess ta’ saħħitna lkoll.
Is-sens t’altruwizmu u solidali fil-komunitajiet tagħna. Daż-żmien urina kemm bħala poplu, f’mumenti ta’ prova bħal dawn lesti li noffru l-id tal-għajnuna tagħna ma’ dawk il-vuleranbbli u dawk li għandhom bżonn l-għajnuna. Fattur iehor li rridu nibqgħu nsostnu kull ħin u kull moment.
Dan iż-żmien għallimna li m’għandna nieħdu xejn ‘for granted’, napprezzaw aktar il-valur tal-ħajja u nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex inħallu impatt pożittiv fis-soċjetajiet tagħna.
Il-mistoqsija tibqa', kif se nħarsu lejn in-normalità ġaladarba tintemm din il-krizi f’pajjizna. Kuraġġuzi li nagħmlu l-bidliet neċessarji f’pajjiżna, biex inħallu Malta aħjar għal ta' warajna? Lesti biex ma nintilfux f’kwistjonijiet li jnibtu l-firda flok l-għaqda f’pajjizna? Lesti li nieħdu verament lezzjoni minn din il-pandemiija?