Fr Hayden Williams OFMCap

Patri Franġiskan Kapuċċin b'ministeru ta' predikazzjoni itineranti u kappillan il-ħabs

Qed ngħix fil-ħabs!

F'dan iż-żmien, l-imxija tal-COVID-19 bidlet l-istil ta' ħajti. M'għadniex ngħix il-kunvent. Qed ngħix il-ħabs minħabba li l-ħabs jinsab f'lockdown. Ir-ritmu u l-istil ta' ħajti tbiddel. Dan huwa żmien fejn nista' naqsam it-tbatija tal-uffiċjali li għal gimgħa sħiħa jgħixu lil hemm mill-familja tagħhom. Żmien li nkun aktar qrib tal-priġunieri. Żmien li nisma' stejjer ta' persuni li tilfu l-liberta imma mhux id-dinjita. Żmien fejn nuri ħniena kontinwa u f'kollox. Ħniena li xi drabi hija skandaluża. Żmien li qed jgħini ngħaraf li l-iskop tal-ħajja huwa li tgħatiha lil xi ħadd. Mhux tant kif tgħix jew għalxiex tgħix... imma għal min tgħix. Dan huwa żmien li mhux tant qed ngħaddi minnu imma qed jgħaddi minni. Nemmen, li jekk inħallih, daż-żmien jista' jibdilni fil-fond tiegħi nnifsi. Dan huwa ż-żmien ta' Alla. Niskot. Inħobb. Inħenn.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon