Felix Busuttil

Politiku / Direttur

Kont Qed Ngħix

Kont qiegħed ngħix f'dinja mgħaġġla. Rutina stressanti. Traffiku filgħodu. Karti u dokumenti jgħattu il-wiċċ tad-desk tiegħi. Wara x-xogħol sagħtejn ta’ malajr nieħu ftit ċans noħroġ malajr lil George u lil Coco. Bilkemm għandi ċans nagħmel sandwich qabel tlett sigħat żfin u training and sagħtejn oħra provi. Nasal id-dar fil-ħdax ta’ bil-lejl. Niekol xi ħaga ta’ malajr u nidħol fis-sodda mfarrak lest għal raqda oħra bil-ħsieb ta’ ġurnata oħra mifnija. L-għada u pitgħada u pit pitgħada. Sakemm. Boom. Ċjejken virus waqqaf l-arloġġ. U għal ftit ġranet ħassejtni mitluf fis-silenzju u l-vojt. U f'daqqa waħda dak l-istess vojt, l-istess silenzju intela bl-ikbar tama. Bl-ikbar kuxjenza u konoxxenza. Bl-ikbar imħabba u krejattivita'. Il-ħarsa tiegħi ma baqgħetx tħares il-barra lejn it-tieqa tal-egoiżmu imma ġewwa ... U fija ironikament sibt l-altruiżmu. 2020 ser tkun sena meta ser nintebaħ li kollox madwari hu trab. U dak kollu li kelli kien biss illużjoni. Għax dak li nsejna ċjejken virus fakkarulna. U spiċċajt nirringrazzja mhux immaqdar. Spiċċajt nagħti u mhux nieħu. Spiċċajt nersaq u mhux nitbiegħed. Il-lezzjoni kiefra imma spettakolari tal-Coronavirus. Dak li ser jbiddel id-dinja li ngħixu fiha. Int u jien.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon