Dorian Cassar

Preżentatur Radju u TV

Pandemija? Pandemonju?

Dil-pandemija ħolqot pandemonju. Rajna kollox jinbidel u bdejna ngħixu f'sitwazzjoni fejn kollox u kulħadd kellu jaddatta għal realta' ġdida. Filli ġirja mal-ħin biex inlaħħqu kollox u f'daqqa waħda l-ħin sar twil u trid tara x'se tivvinta biex timlih. Filli nieklu bis-serqa għax hemm ix-xogħol xi jsir, u filli spiċċajna naħmu l-ħobż għalina stess. Ħajjitna nqallbet u magħha nqaleb ukoll il-mod kif inħarsu lejn din ħajjitna. Sirna napprezzaw iktar is-saħħa tagħna, in-nies ta' madwarna, il-ħin tal-ġurnata. Sibna rutina ġdida. Il-bniedem jaddatta. Dejjem hekk ġara. Dak li ma kienx normali sa ftit xhur ilu, issa beda jsir mod ta' għajxien ġdid. Il-pandemonju ta' għaġġla li drajna biha ħa pawża. Imma nafu li, għada pitgħada, kollox jerġa' lura. Forsi mhux eżatt kif kien. Imma jerġa' lura. U kulħadd jittama li dan iż-żmien ikabbarna fl-għarfien ta' kemm hi fraġli din il-ħajja.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon