Clint Bajada

Xandar

X'ħajja din, hux

Sa ftit ta' żmien ilu, kont ngħid bejni u bejn ruħi, 'X'ħajja din hux', kollox bl-għaġġla....tqum, tieħu xi ħaġa ta' malajr u titlaq għax xoghol. Tard filgħaxija fi dlam ċappa, tirritorna lura d-dar...tiekol, tipprova tara xi film u tispiċċa tongħos f'nofsu!

Fi tmiem il-ġimgħa tipprova tlaħħaq xi qadja li m'għamiltx matul il-ġimgħa u tippjana x'se tagħmel matul il-ġimgħa li jkun imiss.

Dik ħajja ?

Illum le, illum differenti....illum inlaħħaq ma' kollox u ma' kulħadd fil-vera sens tal-kelma. Illum waqt li qed naħdem mid-dar, it-tifla li issa għandha 8 snin qed tagħmel past paper u meta ssib xi diffikulta tiġi tistaqsini. Illum għandi ċans inħares lejha u ma kull mistoqsijja li tagħmilli, ngħannaqha waħda u nagħmillha kuraġġ biex tkompli dak li qed tagħmel.

Illum f'nofs in-nhar, m'għandix għalfejn immur nixtri xi ħaġa ta l-ikel għax malajr insib platt lest fil-kċina tad-dar. Anqas ħela ta' ħin, ikla bil-kwiet u nkompli għaddej intellgħa x-xogħol. Illum għandi ċ-ċans naħsel xi platt u ngħin lil mara fejn nista'.

Illum m'hemmx Sibt u Ħadd...dejjem hawn, bejn l-erba' ħitan li tant batejna biex ksibna. Illum qed ingawidhom verament.

Issa ilni f'din il-ħajja għal madwar 5 ġimgħat.

Nammetti li sirt aktar iffukat fuq l-affarijiet li nagħmel.
Nammetti li sirt naf aktar lil familja tiegħi.
Nammetti li sirt inħobb aktar lid-dar u n-nies li jagħmluha komplutha.
Nammetti, li din il-bidla, għamlitli ħafna ġid.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon