Clayton Bartolo

Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u Ekonomija Diġitali

Kull deni ħudu b’ġid!

M’hemmx dubju li din il-pandemija daħħlet fina sens ta’ dulur u dwejjaq. Biex nelabora, ma kontx nimmaġina li fis-seklu wieħed u għoxrin ser niġi mċaħħda milli naraw lil qrabatna. Iżda kull deni ħudu b’ġid!

Kienu bosta li matul dawn iż-żminijiet esperimentaw kif se jagħmlu użu mit-teknoloġija biex jibqgħu f’kuntatt kontinwu mal-familji u l-ħbieb tagħhom. Stajt nosserva li indirettament l-użu teknoloġiku għen bil-kbir biex itaffi miil-marda kerha u silenzjuża tas-solitudni.

Mat-tnaqqis fil-każijiet ta’ mard mentali, l-ambjent gawda xi ftit ukoll! Fejn qabel mal-ewwel opportunita naqbdu karozza biex immorru għal laqgħa u oħra, illum dan kollhu nistgħu nagħmluh onlajn mill-kumdita tal-post li nkunu fih.

Il-poplu Malti u Għawdxi beda jirealiżża li permezz ta’ apparat tekonoloġiku jista’ jaħdem mid-dar u saħanistra jkun iżjed produttiv minn meta jkun fuq il-post tax-xogħol. L-istudenti xorta baqgħu għaddejjin b’tagħlim onlajn, anke jekk malli faqqgħet din il-pandemija kien hemm biża li se jkollna xi kollass edukattiv.

It-tekonoloġija ma tafx fruntieri. Hija parti integrali mill-futur soċjali li rridu għat-tfal tagħhna. Bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mis-servizzi finanzjarji u l-ekonomija diġitali kommess li nkompli naħdem biex il-poplu Maltii u Għawdxi jgħaraf il-potenzjal tat-tekonoloġija f’din in-normalita ġdida.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon