
Christie Cachia
Kollaboratriċi ta' Isma Ftit
Sajetta fil-Bnazzi
Bħal sajetta fil-bnazzi
Fejn konna nafu x’kien ġej għalina?
Kollox seħħ mill-lum għal ghada,
Min kellu jgħidilna li daqshekk malajr kellna nibdlu r-rutina?
R-rutina nbidlet ta’ taħt fuq
Mhux kulħadd ħadha l-istess
Hemm min irnexxielu jadatta
U hemm min tilef kull skop u interess.
Hawn min qiegħed iqatta' aktar ħin mal-familja,
Hawn min skopra xi passatemp.
Mela ħudu din il-prova bħalha vantaġġ,
għax il-bnazzi għad ifeġġ wara l-maltemp.
Bħal sajjetta fil-bnazzi
Fejn konna nafu x’ġej għalina?
Mela ejja nkunu responsabbli
U ma ndumux ma nerġghu lura għal dik ir-rutina!