
Catherine Tabone
CEO - Valletta Cultural Agency
Żmien ta' Tama
Dan iż-żmien, b’mod jew ieħor, huwa wieħed ta’ prova għal kulħadd. Madanakollu, jekk inħarsu lejn din l-esperjenza minn lenti pożittiva nirrealizzaw li din is-sitwazzjoni tatna l-opportunità li napprezzaw u ngħożżu l-valur ta’ affarijiet li forsi fil-ħajja mgħaġġla li mdorrijin ngħixu mhux dejjem konna nsibu l-ħin li ngawdu – l-arti, il-mużika, il-letteratura, il-ħin għar-rilassament, il-ħin id-dar. Għalhekk, ejja nħarsu lejn dan iż-żmien bħala wieħed ta’ tama – tama li ladarba kollox jirritorna għan-normal, se jkollna apprezzament akbar tal-ħin u l-ħajja tagħna, u se nibdew ingawduhom b’sens ta’ għożża ġdid. Kuraġġ!