Bernice Sciberras

Learning Support Educator

Il-pożittiv minn negattiv

Kif ħasditna u kif kexkxitna din mewġa tal-pandemija. Qisna qiegħdin naraw xi film, imma le din verità. Qatt konna nobsru li konna ser ngħaddu minn dan kollu? Użgur li le... Il-ħajja li nieħdu 'forgranted' ġiegħlitna nagħmlu pawża. Waqaf kollox ħesrem u b'hekk kellna ċ-ċans naħsbu ftit. Il-ġenn ta' kuljum naqas wkoll, issa hemm ħafna minnha miġburin f'darhna, nduru minn kamra għal oħra u naraw x'ser nivvintaw.

Kulħadd kien imbeżżgħa għax ħadd ma kien jaf x'ser jiġri. L-aħbarijiet ta' barra kexkxuna għax iċ-ċifri tal-imwiet beda tiela' kuljum.

Bil-ħazin kollu li ġabet magħha l-pandemija nazzarda ngħid li xi ftit ta' pożittività ġabet magħha wkoll. L-affarijiet bażiċi issa sirna napprezzawhom aktar. Xi dawra bil-karozza jew xi mixja fil-kampanja bdiet tinżlilna għasel għax mhux vera li biex noħorġu u nieħdu gost irridu nonfqu xeba flus. Warrabna fil-ġenb l-affarijiet materjalistiċi u mhux ta' daqshekk valur. Ċertu affarijiet li konna mingħalina ma ngħaddux mingħajrhom issa nafu li ma kinux ta' daqshekk importanza f'ħajjitna.

Issa qiegħdin naħsbu f'dawk in-nies qrib tagħna li vera nħobbu u li għal xi wħud qiegħdin jimmisaw wkoll. Nemmen li l-kelma nħobbok ntużat aktar f'dawn ix-xhur, speċjalment minn neputijiet u n-nanniet. Għal xi ċenituri esperjenzaw ħafna ħin ma' wliedhom, saħansitra kien hawn wkoll minn skopra xi talent ġdid jew moħbi.

Dik hi l-ħajja.. irridu nkunu fl-għawg biex napprezzew aktar dak kollu li jkun qiegħed jiġri madwarna. Forsi għadu kmieni peró 'l quddiem meta nkunu qiegħdin nirrakkuntaw dak kollu li għaddejna minnu nifhmu kemm tgħallimna minn din l-esperjenza kerha iżda rnexxiellha tħalli ftit frott tajjeb wkoll.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon