Abigail Spiteri

Messaġġ...Kuraġġ...Għalik

Ħadd ma kien joħlom li jispiċċa f'din is-sitwazzjoni. Ħajjitna, f'daqqa waħda inbidlet. Kellna noqogħdu lura minn ħafna affarijiet. Ma noħorġux jekk mhux għal bżonn, min seta' jagħmel teleworking seta' jagħmel dan. Min ma setgħax jagħmel teleworking, ried jattendi għax-xogħol imma jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji. Nies bħal infermiera u nies oħra fil-qasam tas-saħħa, Pulizija, Forzi Armati, Delivery Persons, u ħafna nies oħra importanti fis-soċjetà.

M'hiex sitwazzjoni faċli, imma fiduċjuża, li jekk ilkoll kemm aħna nisimgħu mill-awtoritajiet, u nagħmlu l-parti tagħna, kapaċi negħelbu din is-sitwazzjoni... U nerggħu lura għal ħajja normali. Fejn niltaqgħu bejnietna, ngħannqu lil xulxin, inkunu fil-kumpanija ta' xulxin, nerggħu nagħmlu attivitajiet bħal plays f'teatru, filming fuq television għal xi drama eċċ, nerggħu mmorru bħala familja nieklu x'imkien, mmorru il-baħar. Insomma, nerggħu nagħmlu dak kollu li konna nagħmlu qabel.

Inħobbkom, nimmisjakom u nixtieq narakom u nkun magħkom.... Imma għalissa nagħmlilkom kuraġġ u ngħidilkom Stay Safe.. Stay Home.. We Can Do It... Together.

IKKUNTATTJANA

t: +356 9999 8299

e: info@ismaftit.com

PAĠNI

TINSIEX TITBISSEM ILLUM!

© Kull Dritt Riservat 2016 - Isma' Ftit

  • Black Facebook Icon
  • Black Instagram Icon
  • Black Pinterest Icon